Dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza laqgħa straordinarja tal-grupp ta’ interessi varji tal-kumitat Ewropew ekonomiku u soċjali li fiha ġiet diskussa Unjoni eqreb lejn iċ-ċittadini tagħha.
Il-Prim Ministru saħaq fuq l-importanża li l-mexxejja ta’ kull stat membru fl-Unjoni Ewropea jibqa’ viċin tal-poplu li jirrapreżenta. Sostna li huwa b’dan il-mod li l-poplu jibqa’ jkollu fiduċja fl-Unjoni.
Qal li f’dan iż-żmien ta’ insigurta u instabbilità fl-Ewropa, jeħtieg li nagħrfu kemm kullħadd huwa bżonn xulxin u li l-Ewropea mhijiex dwar numri imma dwar kemm nisimgħu u nagħtu każ lil poplu.
Joseph Muscat qal li l-futur tal-Unjoni Ewropea jinsab f’idejna u li l-għaqda li teżisti fl-Ewropa għandna nibżgħu għaliha. Din sostnieha wkoll waqt li indirizza l-konferenza oħra, din id-darba dik Ewropea taż-żgħażagħ li qed tii organizzata mill-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mal-Forum Ewropew taż-żgħażagħ bl-appoġġ tal-Erasmus+
Hawnhekk il-Prim Ministru tenna li pajjiżna kiseb suċċess kull meta ingħaqad u għalhekk appella kif huwa fl-għaqda biss li l-Unjoni Ewropea tista tikseb suċċess.