Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista rċeviet żewġ nomini għall-Elezzjoni ta’ Mexxej tal-Partit Laburista.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li n-nomini huma tad-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne u d-deputat Laburista, Robert Abela.
Qal li l-fatt li hemm żewġ nomini jfisser li se jivvotaw il-membri tal-Kungress tal-Partit Laburista fil-11 ta’ Jannar.