Fl-aħħar jum li fih il-Kummissjoni Elettorali laqgħet in-nominazzjonijiet biex jimtela’ s-siġġu parlamentari ta’ Chris Cardona, daħlu żewġ nominazzjonijiet.
Ian Castaldi Paris u Rachel Tua huma ż-żewġ kandidati li se jikkontestaw l-elezzjoni każwali li se ssir nhar il-Erbgħa li ġej biex xi ħadd minnhom isir membru parlamentari flok Chris Cardona.
L-għadd tal-voti f’din l-elezzjoni każwali se jibda fid-disgħa ta’ filgħodu fil-kumpless tal-għadd tal-voti fin-Naxxar.
Lejn tmiem ix-xahar li għadda, Chris Cardona informa lill-Ispeaker li se jkun qed jirriżenja mill-Parlament wara li kienu ilu jiġi elett fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż mill-1996 ‘il quddiem.
Huwa qal li xorta se jibqa’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tal-Partit Laburista.