Żewġ nisa transgender fil-Kamerun intbagħtu ħames snin ħabs talli kisru liġijiet marbuta mal-omosesswalità.
L-avukati tagħhom qalu li nstabu ħatja li ppruvaw jagħmlu atti sesswali ma’ persuni tal-istess sess, fl-istess waqt li kisru d-diċenza pubblika u kellhom problemi bil-karti tal-identità tagħhom.
Waħda mill-akkużati hija ċ-ċelebrità Shakiro – vlogger fuq YouTube li titkellem dwar il-problemi li taffaċċja l-komunità tal-LGBTIQ fil-Kamerun.
Shakiro u ħabibtha Patricia ilhom jinżammu f’detenzjoni minn Frar wara li kienu arrestati f’ristorant fi Frar.
Il-Kamerun huwa fost 31 pajjiż Afrikan li jikkriminalizza s-sess omosesswali.