Żewġ nisa oħra ppreżentaw ruħhom b’akkużi li n-nominat Repubblikan għall-elezzjonijiet presidenzjali Donald Trump attakkahom sesswalment.
Kristin Anderson qalet lill-Washington Post li messha taħt id-dublett fi club fi New York fl-1990. Illum Anderson għandha 46, iżda dak iż-żmien kienet taħdem bħala waitress u tipprova tikseb suċċess bħala mudella.
L-eks kontestanta tal-programm Apprentice (programm immexxi minn Trump) Summer Zervos qalet li Trump sforza ruħu fuqha f’lukanda Los Angeles u beda jippressa fuqha bil- ġenitali tiegħu. Qed tallega li hu stedinha biex jiddiskuti magħha opportunitajiet ta’ impjieg.
Dawn l-allegazzjoni saru wara li ċertu Jessica Leeds għamlet allegazzjonijiet simili li qed tgħid seħħew fis-snin sebgħin. L-istess qed tgħid Rachel Crooks, li ltaqgħat ma’ fl-2005.
Trump irrisponda billi qal li dawn huma nisa orribbli u giddieba.