Żewġ nisa, b’xorti tajba, sofrew ġrieħi ħfief wara li kienu involuti f’ħabta head-on fiż-Żurrieq.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-18.50 fi Blue Grotto Avenue. Il-ħabta kienet bejn vann Peugeot u karozza Ford.
Fuq il-post issejħu żewġ ambulanzi li ħadu lis-sewwieqa tal-karozza u passiġġiera tal-vann l-isptar għall-kura. Huma ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.