Żewġ nisa ndarbu f’inċident tat-traffiku li seħħ matul il-lejl li għadda għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ meta kien hemm impatt bejn vettura tat-tip Ford Fiesta misjuqa minn Rumen ta’ tletin sena li joqgħod il-Belt, u vettura tat-tip BMW misjuqa minn raġel ta’ erbgħa u sebgħin sena li joqgħod Ħ’Attard.
Fil-BMW, mar-raġel t’erbgħa u sebgħin sena, kien hemm mara ta’ tnejn u sittin sena mill-Marsa, u mara ta’ sitta u tmenin sena mill-Ħamrun.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jgħin lill-persuni midruba.
Iż-żewġ nisa ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard il-mara ta’ sitta u tmenin sena ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi u l-mara ta’ tnejn u sittin sena sofriet minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.