Għall-ħabta tas-12.40, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq Hompesch, Haż Żabbar.
Minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulizija, jidher li sar impatt bejn vettura Ford Escort misjuqa min raġel ta’ 65 sena residenti l-Fgura u Hyundai Getz misjuqa minn mara ta’ 37 sena residenti x-Xgħajra.
Fil-vettura Hyundai kien hemm ukoll passiġġier mara ta’ 69 sena residenti ix-Xgħajra. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ nisa l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura medika.
Il-mara ta’ 37 sena sofriet feriti ħfif filwaqt li l-mara ta’ 69 sena sofriet feriti gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.