Żewġ passiġiera nisa, waħda ta’ 35 sena li toqgħod Marsaxlokk u oħra ta’ 81 sena tgħix iż-Żejtun indarbu gravi wara li l-karozza li kienu fiha baqgħet dieħla ġo billborad fi Triq iż-Żejtun f’Marsaxlokk.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:15 ta’ nofshinar xħin mara ta’ 57sena minn Marsaxlokk tilfet il-kontroll tal-vettura u baqgħet dieħla ġol billboard.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lin-nisa l-isptar.
Ix-xufiera sofriet minn ġrieħi ħfief.