Maria Pia Zammit ta’ 34 sena u Rasha Ahmed Gado ta’ 19-il sena, it-tnejn minn San Pawl il-Baħar inżammu arrestati fuq akkużi li serqu numru ta’ ġojjellerija.
Iż-żewġ akkuzati nqabbdu mill-pulizija meta raw filmati tas-sigurtà tal-lukanda. L-Ispettur Godwin Scerri qal li fil-ħamsa ta’ Jannar, iż-żewġ nisa serqu l-master keys sabiex ikollhom aċċess għal żewġ guest rooms u serqu wkoll ġojjellerija u affarijiet elettroniċi.
Waqt tfittxija fuq iż-żewġ nisa nstabu diversi affarijiet ta’ valur li kienu rappuratati nieqsa.
Gado wieġbet mhux ħatja, waqt li Zammit ammettiet u se tingħata s-sentenza t-Tlieta.