Żewġ nisa Skandinavi instabu mejta b’għonqhom imħanxar fil-Marokk. L-iġsma bla ħajja taż-żewġ turisti nstabu viċin il-belt ta’ Imlil ħdejn il-muntanji Atlas. Il-qraba tan-nisa, mid-Danimarka u n-Norveġja rispettivament, ġew infurmati bil-każ.
Raġel suspettat bil-qtil qed jinżamm arrestat f’Marrakesh. Jidher li l-vittmi kienu fl-istess kors ta’ studju f’Università fin-Norveġja, u marru l-Marokk bħala btala fi żmien il-Milied.
Il-Ministeru tal-Intern tal-Marokk fetaħ inkjesta tal-Pulizija dwar dak li qed jitqies bħala omiċidju.