Żewġ nisa Somali ta’ 26 u 42 sena ngħataw il-ħelsien mill-arrest hekk kif tressqu l-Qorti mixlija b’importazzjoni ta’ droga.
Fil-Qorti ġie spjegat kif iż-żewġ nisa ġew arrestati wara suspett fuq pakkett minn membri tad-Dwana.
Dan il-pakkett kien indirizzat lejn dar fil-Pieta u ġo fih kien hemm disa’ kilogrammi ta’ ħaxix aħdar, li huwa droga tat-tip khat.
Ġie spjegat kif il-pakkett kien ġej minn Franza.
Iż-żewġ nisa ngħataw il-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom depożitu ta’ €4,000 u garanzija personali ta’ €10,000.