Żewġ nisa qed jiġu akkużati bil-qtil ta’ Kim Jong-nam li jiġi ħu l-Kap tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un.
Kim Jong-nam inqatel l-Erbgħa li għadda b’kimika letali fl-ajruport tal-Malażja.
L-Avukat Ġenerali sostna li n-nisa, Doan Thi Huong u Siti Aisyah, residenti l-Indoneżja u l-Vjetnam, se jkunu qed jitressqu l-Qorti b’akkużi tant serji li qed jaffaċċjaw il-piena tal-mewt jekk jinstabu ħatja.
Qed ikun allegat li ż-żewġ nisa poġġew kimika letali ma’ wiċċi Kim Jong-nam fl-ajruport. Iż-żewġ akkużati sostnew li meta wettqu dan l-att ħasbu li kienu qed jagħmlu ċajta għat-televiżjoni.