Żewġ uffiċjali tal-LESA, wieħed ta’ 40 sena mill-Fgura u ieħor ta’ 45 sena minn Marsaskala, ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara li kienu involut f’inċident tat-traffiku fi Triq San Tumas, Ħal Luqa.
Id-dinamika tal-aċċident għadha mhux magħrufa iżda jidher li żewġ muturi tas-servizz daħlu ġo xulxin.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mmexxi mit-Tabib tal-Emerġenza Michael Spiteri u ambulanza li ħadet lill-uffiċjali l-isptar għall-kura.
Fuq il-post hemm numru ta’ uffiċjali tal-pulizija, tal-LESA u Transport Malta jidderiġu t-traffiku hekk kif it-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.