Kien xahar impenjattiv hekk kif ġew diskussi diversi temi waqt is-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju.
Hekk tennew il-Membri Parlamentari Ewropew Laburista, Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar f’konferenza mħejjija mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.
Fosthom ġiet diskussa l-migrazzjoni fejn Agius Saliba tenna dwar kif wieħed ma jistax juża din il-kwistjoni bħala ballun politiku hekk kif hemm bżonn li jinħolqu kundizzjonijiet li jgħinu lil pajjiżi terzi biex b’hekk tinħoloq relazzjoni sigura.
Cutajar spjegat kif trid tkompli tinħoloq pressjoni biex tinstab sistema ta’ solidarjetà b’tali mod li tiġi indirizzata l-probema tal-migrazzjoni.
Rigward l-Intelliġenza Artifiċjali, Josianne Cutajar spjegat kif dan is-settur hu wieħed importanti u l-pandemija wrietna dan.
Dwar iż-żieda fil-baġit għall-programm tal-Erasmus+, Alex Agius Saliba qal kif iż-żieda fil-fondi bi kważi d-doppju tfisser ħolqien ta’ aktar opportunitajiet mhux biss għaż-żgħażagħ iżda anke persuni ta’ etajiet differenti.