Lejlet l-istaġun tar-rebbiegħa, tinsab fl-aqwa tagħha l-ħidma mill-ħaddiema tal-Environmental Landscapes Consortium fil-fabbrika tagħhom f’Ħ’Attard li fiha jipproduċi madwar żewġ miljun u nofs xitla fis-sena.
Ix-xtieli u fjuri li jiżirigħu fis-serer tagħhom isebbħu bosta postijiet pubbliċi fil-gżejjer Maltin fosthom toroq ewlenin, roundabouts u ġonna pubbliċi.
Iċ-Chairman tal-ELC Peter Calamatta spjega l-ħidma tal-ELC fis-serer tagħhom f’Wied Inċita sabiex f’Malta ikollna ambjent isbaħ matul is-sena kollha.
Aħna nippruvaw nagħmlu 4 bidliet fis-sena kull post. Namlu fjuriet tal-istaġun. U dan kollu trid tibda taħseb għalih minn sena qabel.
F’ġurnata mill-isbaħ fil-ġonna ta’ San Anton, is-Sur Calamatta li waqgħetlu żokortu f’dan ix-xogħol, spjega li matul l-aħħar sena n-nofs il-ġnien ta’ San Anton imtela biċ-Ċiniraria.
Huwa qal li fl-imgħoddi din il-pjanta kienet popolari ħafna fil-ġonna tal-qedem, izda maz-zmien ma baqgħetx daqstant popolari.
Jum qabel li jibda l-istaġun tar-Rebbiegħa, Peter Calamatta fisser kif ir-rebbiegħa huwa staġun li jagħti opportunita sabiex joħroġ is-sabiħ u natura.
Żmien ideali sabiex wieħed imur qalb il-kampanja jew f’xi ġnien u jitpaxxa bin-natura maltija.
Rebbiegħa żmien sabih. Juri is-sabiħ ta’ xogħlna jiżvilupp fin-natura, kuluri u serħan il-moħħ.