Żewġ messaġġiera li jaħdmu l-Qorti qed jiġu investigati mill-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech wara li rriżulta li għal xi raġuni mhux magħrufa ħbew proċess ta’ kawża kriminali pendenti.
Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Intqal li l-movimenti taż-żewġ messaġġiera ġew maqbuda mis-sistema ta’ sigurtà li hemm il-Qorti.
Immedjatament ġew mgħarrfa kemm il-Pulizija kif ukoll il-Maġistrat tal-Għassa.
Iż-żewġ messaġġiera se jiġu sospiżi skont il-liġi.