Wara ġimgħat ta’ osservazzjoni mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, ilbieraħ twettaq rejd mill-istess skawdra, assisti mill-Pulizija tal-iSpecial Intervention Unit u l-Pulizija tat-Traffiku, f’maħżen fi Triq it-Tiġrija, il-M arsa, fejn allegatament kien qed isir traffikar ta’ diversi tipi ta’ droga illeċita f’ħinijiet differenti tal-ġurnata.
Waqt ir-rejd ġew arrestati tliet persuni; raġel ta’ 34 sena residenti l-Ħamrun, raġel ta’ 46 sena residenti l-Imsida u raġel Libjan ta’ 29 sena residenti Marsaskala.
Minn investigazzjoni fil-maħżen, instabu diversi qratas bi trab abjad u kanella li allegatament huma droga kokaina u eroina rispettivament, kif ukoll qratas allegatament bi pjanta tal-kannabis li kienu kollha lesti għat-tqassim. Fl-istess maħżen instabu ukoll mwieżen elettroniċi u oġġetti oħra relatati mal-konsum u t-traffikar tal-istess sustanzi.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr. N Camilleri LL.D, li ordna li ssir in kjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
It-tliet persuni ġew meħuda fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal iżjed stħarriġ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.