Wayne Said ta’ 28 sena minn Ħal Qormi wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjub kontrih. Huwa ġie akkużżat bi traffikaw u pusses tad-droga ecstasy f’parametri ta’ 100 metru minn post fejn jifrekwentawh iż-żgħażagħ. L-avukat difensur ma’ talabx għall-ħelsien mill-arrest.
Slava Baldacchino ta’ 21 sena minn Tal-Pietà wkoll wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Huwa ġie akkużat li kien qed jittrafika l-ecstasy kif ukoll bil-pusses tal-kokaina f’ parametri ta’ 100 metru minn post fejn jiffrekwentawh iż-żgħażagħ. L-avukat difensur talbet għall-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Frank-Anthony Tabone oġġezzjonat għat-talba bil-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ma tilqax it-talba tad-difiża.
Dusan Stanojevic ta’ 37 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih dwar possess tal-ecstasy li ma kinetx għall-użu personali tiegħu. L-avukat difensur talbet għall-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għaliex Stanojevic ikkooperaz mal-Pulizija. Il-ħelsien mill-arrest ġie garantit fuq depożitu ta’ €500 b’garanzija personali ta’ €15,000.