Żewġ Maltin li kienu abbord il-cruiseliner MS Westerdam, u li kienu niżlu l-Kambodja, kienu skrinjati għall-coronavirus mal-wasla tagħhom f’Malta.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li ż-żewġ persuni mhux juru sintomi ta’ din il-marda respiratorja iżda qed jinżammu fi kwarantina bħala prekawzjoni b’monitoraġġ kontinwu mill-awtoritajiet tas-saħħa.
Il-Ministeru għas-Saħħa temm ifakkar li l-Awtoritajiet qed isegwu mill-qrib is-sitwazzjoni globali b’rabta mal-virus COVID-2019 b’mod kontinwu.