Mara u raġel, it-tnejn Maltin, weġġgħu serjament wara li kienu involuti f’aċċident tat-traffiku bil-mutur li kienu qed jivvjaġġaw bih fi Sqallija.
Skont siti Taljani, qed jiġi rrapportat li l-aċċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar fi triq bejn Ragusa u Modica.
Jidher li għal xi raġuni ż-żewġ Maltin li kienu fuq il-mutur ħabtu ma’ karozza, tat-tip Fiat Panda, misjuqa minn raġel ta’ 57 sena residenti Modica.
It-tliet persuni ttieħdu fl-Isptar Giovanni Paolo II f’Ragusa għal aktar kura. Hemm irriżulta li l-Maltin kienu f’qagħda kritika, filwaqt li l-Isqalli sofra minn ġrieħi ħfief.
Il-Carabinieri għadhom qed jinvestigaw x’wassal għal dan l-aċċident.