Żewġ suldati ġodda Maltin taw sorpriżi ħelwa lit-tfajliet tagħhom meta ipproponewlhom waqt iċ-ċerimonja tal-ħatra tagħhom f’Dublin.
Il-Logutenenti Neil Spiteri ta’ 30 sena u Aaron Zammit 24 sena pproponew lit-tfajliet rispettivi tagħhom fi tmiem iċ-ċerimonja.
It-tfajliet tagħhom Nadesh Barabara u Amy Zammit qalu iva u dehru emozzjonati ħafna. Preżenti kien hemm ukoll it-tifel tal-koppja Neil u Nadesh Lydon.
Il-Logutenent Spiteri stqarr li l-ħsieb ta’ dan il-proponiment doppju nibet xahrejn ilu. Hu qal li kien hemm qbil ma’ sieħbu u ħass li kien kien il-mument opportun għaliex kien ilu 8 snin mas-sieħba tiegħu.
Matul din iċ-ċermonja li saret fil-kastell ta’ Dublin laħqu 91 rekluta, disgħa minnhom huma nisa.
Kien hemm ukoll sitt Maltin li ħadu t-taħriġ tagħhom f’Curragh.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2019/09/30/bil-filmat-pumpier-jipproponi-lill-pilastru-ta-hajtu-biex-tizzewgu-fl-istazzjon-ta-hal-far/