It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena se jkun qed jilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra ż-żgħażagħ tal-klabb Taljan ta’ Frosinone waqt training camp li se jsir fl-Italja aktar tard din il-ġimgħa.
Dan it-training camp ta’ ħamest ijiem huwa parti mill-preparazzjoni għar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat UEFA U17 2018/19.
It-tim Malti ta’ taħt is-17-il sena se jilgħab kontra l-Awstrija, s-Slovenja u l-Bulgarija fi Grupp 3 waqt il-mini tournament li se jsir fis-Slovenja f’Ottubru li ġej.
Għal dan it-training camp qasir, il-kowċ tat-tim Malti Noel Turner u l-assistent tiegħu Ronald Vella se jieħdu skwadra ta’ 21 player.
Il-logħob ta’ ħbiberija kontra Frosinone huma skedati għall-Ġimgħa (15 ta’ Ġunju) u l-Ħadd (17 ta’ Ġunju), biż-żewġ logħbiet jibdew fil-17.00.
L-iskwadra magħżula minn Turner tinkludi players li diġà rrapreżentaw lil pajjiżna fil-UEFA Youth Development Tournament, li ntlagħab fis-Centenary Stadium aktar kmieni din is-sena. It-tim Malti ta’ taħt is-16-il sena kien spiċċa fl-ewwel post fit-tournament, wara li rebaħ il-logħob kollu li kellu kontra Andorra, Ġibiltà u Liechtenstein.
Lis-Skwadra maghzula hija din:-
Goalkeepers: Dylan Ciappara (Mosta); Reeves Cini (Pietà Hotspurs); Matthias Debono (Ħamrun Spartans).
Difensuri: Gianluca Borg (Pietà Hotspurs); Ismael Borg (Mosta); Matthew Ellul (Hibernians); Kurt Galea (Pietà Hotspurs); Sheldon Mizzi (Pietà Hotspurs); Luke Daniel Musu (San Ġwann); Sean Schembri (Qormi); Miguel Tabone (Ħamrun Spartans).
Midfielders: Leo Agius (Floriana); Emerson Camilleri (Pietà Hotspurs); Nikolai Farrugia Cross (Birkirkara); Jordan Kelly (St Andrews); Glen Mifsud (Hibernians); Gianluca Sciberras (Mosta); Owen Spiteri (San Ġwann).
Attakkanti: Jake Bone (Pietà Hotspurs); Jake Engerer (Cesena); Mattia Veselji (St Andrews).