Zewġ aħwa Libjani mixlija bil-qtil ta’ Libjan ieħor, ingħataw il-ħelsien mill-arrest. Il-Kaz seħħ f’Novembru illi għadda, meta Fouzi Farj Etwaish Libjan ta’ tmienja u tletin sena, residenti fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa, inqatel b’daqqiet ta’ sikkina f’ Birkirkara.
B’rabta ma dan il-qtil, f’Diċembru illi għadda, libjan ta’ sitta u tlettin sena u libjan ieħor ta’ wieħed u tlettin sena tressqu l-qorti u wieġbu mhux ħatja li waslu għal mewt ta Fouzi Fari Etwaish.
Fil-qorti fil-jum tat-tlieta, il-prosekuzzjoni spjegat kif l-aħwa qalu li fil-lejl tad-delitt, ma kien hemm l-ebda l-argument. Madankollu, il-ġirien spjegaw kif semgħu għajjat u storbju ġej mir-residenza tal-libjani.
Il-prosekuzzjoni spjegat kif meta marru fuq ix-xena tar-reat sabu lill-vittma fit-taraġ tar-residenza f’għadira d-demm. Bil-libjan ġie iċċertifikat mejjet fl-isptar Mater Dei. Il-prosekuzzjoni, ziedet li fir-residenza instab id-demm f’diversi kmamar.
Sakemm il-qorti tkompli tisma’ x-xhieda u tiġbor l-evidenza , iż-żewġ irġiel ingħataw il-ħelsien mill-arrest fuq depositu ta’ għaxart elef ewro u garanzija personali ta’ ħamsin elf ewro.
Għall-akkużati deheru l-avukati difensuri: Franco Debono u Amadeus Cachia.