Zyad Mohammed Drebeka u Ahmed Rasem Franko, żewġ persuni ta’ nazzjonalità Libjana ta’ 23 u 29 sena rispettivament, qegħdin jiġu mfittxija mill-Pulizija b’konnessjoni mal-mewt ta’ Kolumbjan wara argument li seħħ nhar il-Ħamis, 19 ta’ Mejju, f’stabbiliment f’Paceville.
Kull mingħandu tagħrif jista’ jikkuntattja l-Pulizija fuq 119/21224001 jew 22942435.