Żewġt irġiel Libjani, li huma fost l-erbgħa ssuspettati li kellhom x’jaqsmu ma’ ħasil ta’ flus li jlaħħaq l-għoxrin miljun ewro, tpoġġew taħt att t’akkuża wara li l-Qorti qalet li hemm biżżejjed provi kontrihom.
L-akkużati tressqu quddiem il-Qorti wara li kienu arrestati lejn tmiem ix-xahar li għadda mill-Pulizija Maltija bl-assistenza tal-Europol.
Huma qed ikunu akkużati b’ħasil ta’ flus, li kellhom bank u attivitajiet finanzjarji bla liċenzja u b’involviment f’kumplott kriminali.
Huma wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Fis-seduta tal-bieraħ il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, semgħet kif Zayed, kien iddikjara €20.7 miljun sa Frar li għadda meta la hu u lanqas martu m’huma rreġistrati li jaħdmu iżda kienu dehru fuq 40 kuntratt ta’ trasferiment tal-proprjetà.
Is-seduta ġiet aġġornata.