Malta għandha livelli għolja ta’ servizzi ta’ saħħa u kien għalhekk li għażilna lil Għawdex biex niftħu l-iskola medika tagħna.
Iddikjarat dan rapreżentanta tal-iskola medika ta’ Barts f’Għawdex Michelle Lockwood, li f’kumment ma’ dan l-istazzjon fi tmiem business breakfast f’Għawdex bit-tema Mudell Sostenibbli għal Għawdex, saħqet kif flimkien mal-Gvern Malti qed jaħdmu biex isaħħu l-edukazzjoni f’dan il-qasam fl-interess tal-pazjenti Għawdxin u Maltin.
Qalet, “Barts London has a long established history within medical education and we could see that Malta has equally a very high level of health services and it made sense to work with the Maltese Government to help raise the education standards but also to create an education facility thay help to benefit the Gozitan, Maltese and local economy.”
Sentiment pożittiv għal mod kif Għawdex qed jimxi, din id-darba fil-qasam teknoloġiku, ġie minn Mario Marchese, rappreżentant tal-Kumpanija Noovle, li spjega kif il-kumpanija tħares lejn Għawdex bħala mutur ta’ opportunità.
Spjega, “For us Gozo is a small island but is a big opportunity. For future we have some pilot projects to create here in Gozo and so to spread in the Mediterranean area, coming from Maltese and Gozitan people. We need to involve and give jobs to Gozitan people.”
Ir-rappreżentant ta’ Noovle saħaq li l-kumpanija għandha viżjoni li tkompli timraħ fil-gżira tat-tliet għoljiet biex b’hekk jinħoloq aktar xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin.