Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona żar il-kumpanija Tek-Moulds Precision Engineering Limited u Uniplast Limited.
Meta indirizza lill-ħaddiema u dawk preżenti, il-Ministru fakkar fl-espansjoni ta’ 16 il elf metru kwadru li għamlet il-kumpanija Playmobil, b’investiment ta’ €30 miljun ewro fuq perjodu ta’ tliet snin. Dan sarraf fil-ħolqien ta’ 250 impjieg ġdid.
Il-Playmobil tixtri prodotti miż-żewġ kumpaniji li żar il-Ministru dalgħodu. Tek-Moulds riċentement investiet fi kwart ta’ miljun ewro, u b’hekk qiegħda f’pożizzjoni li żżid il-ħidma tagħha. Uniplast ukoll għandha prospettivi pożittivi ħafna.
Il-Ministru saħaq dwar l-importanza li jkun qrib l-industrija lokali.