Żewġ kowċis mill-Belarus tilfu l-liċenzja Olimpika wara li allegatament sfurzaw l-atleta Krystina Timanovskaya biex titlaq mill-logħob ta’ bħalissa f’Tokjo.
Il-Kumitat Internazzjonali Olimpiku kkonferma li ż-żewġ kowċis telqu b’mod immedjat mill-Villaġġ Olimpiku.
Dan filwaqt li bħalissa għaddejja wkoll investigazzjoni.
Dan il-każ tal-atleta ġibed l-għajn ta’ bosta wara li hija rrifjutat it-talba ta’ pajjiżha biex titlaq lejn id-dar.
Hija bħalissa tinsab fil-Polonja.
Il-midja internazzjonali rrappurtat ukoll il-verżjoni tal-Belarus li qalu li l-atleta tkeċċiet mit-tim tagħha minħabba l-istat emozzjonali tagħha.