“Fantastically corrupt”. Kliem li qalhom il-Prim Ministru Ingliż David Cameron fil-konfront tan-Niġerja.
F’risposta l-President Niġerjan Muhammadu Buhari qal li m’hu se jitlob skuża lil ħadd. Huwa wieġeb ‘iva’ ċar u tond meta kien mistoqsi jekk pajjiżu huwiex korrott.
Cameron kien qed jitkellem mar-Reġina Eliżabetta t-Tieni, waqt summit internazzjonali kontra l-korruzzjoni, meta ntsema’ jgħid dawn il-kliem. L-istess summit illum attenda għalih il-Prim Ministru Joseph Muscat.
“Qiegħed jgħid il-verità” qal Muhammadu Buhari “u jitkellem dwar dak li jaf hu”.
In-Niġerja tinsab fil-136 post minn 167 pajjiż fil-indiċi dwar il-perċezzjoni tal-korruzzjoni minn Transparency International.