Żewġ karozzi ħadu n-nar dan il-lejl, fi spazju ta’ madwar siegħa.
Inċident minnhom seħħ fi Triq Zekka, fil-partit tat-triq li twassal għal fejn hemm it-Teatru Manoel. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu għall-għajnuna għall-ħabta tal-kwarta ta’ filgħodu. Jidher li ħadet in-nar karozza waħda, pero n-nirien infirxu għal fuq karozza oħra.
Fis-siegħa u kwart imbagħad ħadet in-nar karozza oħra fi Triq Schembri l-Ħamrun – triq prinċipali u traffikuża ħafna tul il-jum. Hawn jidher li n-nirien seħħew wara ħabta bejn erba’ karozzi. Jidher ukoll li żewġ persuni sofrew ġrieħi ħfief.