JINŻAMM ARRESTAT WARA ALLEGAT FASTIDJU FUQ L-EKS SIEĦBA
Taljan ta’ 54 sena, residenti San Ġiljan, li jaħdem bħala xufier, inżamm arrestat, mixli b’fastidju fuq l-eks sieħba tiegħu.
Dan wara li l-allegat vittma għamlet rapport l-għassa, li minn meta ma baqgħux f’relazzjoni, huwa baqa’ jipprova jikkuntattjaha, kemm permezz tat-teknoloġija, permezz ta’ diversi sim cards differenti, u anke billi jmur wara d-dar tagħha.
Fil-Qorti, ntqal kif huwa saħansitra beda jikkuntattja lil bint l-allegata vittma, li tgħix il-Polonja, sabiex jagħmle kuntatt m’ommha.
L-allegata vittma, qalet li hija kienet qed tħossha mbeżża’.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bid-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u huwa nżamm arrestat.
ILLIBERAT WARA LI AMMETTA LI HEDDED LILL-EKS SIEĦBA
Justin Polidano ta’ 34 sena li jgħix iż-Żurrieq ġie illbiret minn kull akkuża wara li ammetta fil-Qorti li hedded lill-eks sieħba tiegħu.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ fit-12 ta’ Settembru meta l-imputat u l-allegata vittma kienu ilhom 3 ġimgħat li ħassru r-relazzjoni ta’ tliet snin, però kienu għadhom jiltaqgħu u jitkellmu.
Intqal li dakinhar tal-inċident, l-imputat sab xi messaġġi kontrih mal-ħabiba tal-allegata vittma u kien hemmhekk fejn beda jheddidha u jibgħat lil seħbitha.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Victor Axiak, illiberatu bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sentejn.