Fl-aħħar sigħat kien hemm żewġ każijiet ġodda ta’ Coronavirus f’pajjiżna wara li sar 1,392 test.
B’hekk in-numru ta’ każijiet ta’ Coronavirus minn mindu feġġ l-ewwel każ daqs xahrejn ilu tela’ għal 484.
Is-supretendent tas-saħħa pubblika, il-Professur Charmaine Gauci ħabbret ukoll li 4 persuni oħra fiequ mill-virus. Persuna, għandha bejn 10-19 -il sena. Tnejn oħra għandhom bejn 20-29 sena u persuna oħra għandha bejn 40-49 sena.
Il-Professur Gauci qalet li issa hemm 407 persuni li fiequ mill-virus u b’hekk għandna 72 każ attiv.
Intant fl-aħħar sigħat Maltija ta’ 30 sena rriżultat pożittiv għal COVID-19 wara li kellha s-sintomi ta’ uġigħ ta’ ras, fi griżmejha, fil-jogi u għejja.
It-tien każ huwa ta’ Filippina ta’ 32 sena, li taħdem f’Karin Grech.
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li fl-erbgħa ta’ Mejju kellha s-sintomi ta’ deni u diarrhea.
Il-Professur Charmaine Gauci qalet li dan hu każ relatat mal-mewt ta’ anzjan ta’ 81 sena li miet bil-virus it-Tlieta.
Spjegat kif l-awtoritajiet tas-saħħa għamlu ħmistax-il test fuq il-pazjenti li kienu fl-istess sala tal-anzjan f’Karin Grech. Saru ukoll 56 test fuq ħaddiema li seta’ kellhom kuntatt mal-anzjan u li kollha ħarġu negattivi.
Il-Professur Gauci rrimarkat li huwa inkoraġġanti li n-nies qed jikkollaboraw mal-awtoritajiet tas-saħħa u appellat biex nibqgħu sejrin hekk.
Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika stqarret, “Il-Maġġorparti tal-pubbliku qed isegwi l-miżuri. Miżur ta’ mitikazzjoni fil-ħwienet u anki tara l-maġġor parti ta’ nies jilbsu l-maskra.”
Intant waqt l-istess aġġornament intqal li fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far kien hemm ħamsin każ ta’ Coronavirus b’wieħed u għoxrin immigrant fiequ u qegħdin f’post ieħor fiċ-ċentru.
19-il immigrant ieħor ġew dikjarati mfejqa u qed jistennew li jgħaddu s-sebat ijiem ta’ kwarantina.
B’hekk fadal 10 immigranti oħra li qed jiġu sewgiti mill-awtoritajiet.
Mistoqsija dwar il-kampjonat Premier tal-futbol u meta l-plejers jistgħu jinżlu għat-taħriġ, il-Professur Gauci qalet hekk.
“Bħalissa ma nistghux niddeċiedu x se jigri f’gunju, naraw x se nifteħa la darba s-sitwazzjoni tkun baqgħet stabbli.” Kompliet tgħid il-Professur Gauci.
Dan l-istazzjon hu infurmat li sal-25 ta’ Mejju, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA trid tiddeċiedi dwar il-kampjonat Premier minħabba t-timijiet li jridu jilagħbu fil-kompetizzjonijiet Ewropej tal-UEFA għall-istaġun li jmiss.