Dal-lejl kien wieħed impenjattiv għall-pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili, dan hekk kif bejn l-10:00 ta’ filgħaxija u s-1:40 ta’ filgħodu ġew imsejħa biex jitfu nirien f’żewġ lokalitajiet.
Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili l-ewwel issejħu għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħaxija wara li żewġ garaxxijiet ħadu n-nar fi Triq il-Quċċata f’Wied il-Għajn.
Kien għall-ħabta tas-1:40 ta’ dagħlodu meta ssejħet l-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili biex jitfu vettura tat-tip Maruti li ħadet in-nar fi Triq ix-Xwejni fil-Marsa.
Fortunatament ħadd ma weġġa’.