12.45: F’dan il-każ weġġgħu erba’ persuni – xufier ta’ karozza tal-linja ta’ 68 sena mill-Imsida u tliet passiġġiera nisa; Koreana ta’ 34 sena, u żewġ Amerikani ta’ 59 u 60 sena.
It-taksi kienet misjuqa minn ġuvni ta’ 25 sena minn Ħaż-Żabbar u l-karozza tal-linja l-oħra kienet misjuqa minn Taljan ta’ 43 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fi stqarrija, il-Malta Public Transport qalet li qed tikkopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet fl-investigazzjonijiet.
Aktar qabel: Fi Triq it-Torri tas-Sliema seħħ inċident tat-traffiku bejn żewġ karozzi tal-linja u taksi. Infurmati li ttieħdu żewġ persuni l-isptar. It-triq tinsab magħluqa u l-Pulizija qed tiddevvja t-traffiku.
Aktar dettalji kif jaslulna.