Minibus tat-tip Toyota u karozza tat-tip Volkwagen huma l-iktar vetturi riċenti li qabdu bin-nar.
Il-każ seħħ is-Sibt fit-tlieta neqsin kwart ta’ filgħodu, fi Triq Dionisju Samucelli fl-Imsida. Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.
Iż-żewġ vetturi kienu pparkjati fil-ħin tal-inċident filwaqt li b’xorti tajba, ħadd ma weġġa f’dan l-inċident. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.