Matul il-lejl li għadda żewġ karozzi inqerdu għal kollox wara li nħakmu minn nirien fi Triq il-Ġiżi fl-Imtarfa. Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mid-Distrett tar-Rabat.