Għall-ħabta tal-4.30 ta’ dalgħodu żewġ karozzi ħadu n-nar fi Triq Patri Ġużepp Calleja f’San Pawl il-Baħar.
Issejħu l-pulizija kif ukoll membri mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili li evakwaw xi residenti fil-viċinanzi.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Infetħet ukoll inkjesta mill-Maġistrat Aaron Bugeja.