Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, żewġ karozzi ħadu n-nar f’ Ħaż-Żebbuġ. Kawża ta’ dan in-nar, karozza oħra kellha numru ta’ ħsarat.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li l-każ seħħ għall-ħabta ta’ 06.00a.m fi Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi.
Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
Il-Pulizija qed tinvestiga.