Żejtunija ta’ 31 sena ddaħlet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’ħabta bejn żewġ vetturi fi Triq il-President Anton Buttigieg iż-Żejtun.
Il-ħabta seħħet għal ħabta tad-09:30, bejn Toyota Vits u BMW misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena minn Ħal Qormi, fejn dawn mad-daqqa t-tnejn li huma telgħu fuq il-bankina u spiċċaw fuq żewġ parapetti ta’ djar.
Konsegwentament, l-imsemmija parapetti ġarrbu xi ħsarat konsiderevoli.