Sar investiment f’żewġ karozzi li se jkunu f’idejn żewġ tobba tal-Emerġenza biex jagħtu servizz ta’ emerġenza fuq każijiet ta’ inċidenti ta’ emerġenza 24 siegħa kuljum.
Bħalissa dan il-proġett beda b’proġett pilota b’żewġ tobba u żewġ karozzi bil-ħsieb li jikber aktar ‘il quddiem.
Minn meta beda dan il-proġett fil-bidu ta’ Mejju, dawn iż-żewġ tobba marru fuq il-post ta’ 19-il inċident fejn assistew xejn inqas minn 92 vittma. L-inċidenti jvarjaw minn dawk tat-traffiku, għal nirien u inċidenti ta’ massa, bħal dak tal-Barracuda u ieħor riċenti fejn kellhom jiġu assistiti mal-50 tifel li ġew affettwati minn ħruġ ta’ gass meta kienu fuq kowċ tal-iskola.
Dan imur id f’id mal-investiment bla preċedent li qed isir bil-għan li dejjem jonqos il-ħin li wieħed idum jistenna biex jinqeda fl-Emerġenza.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li preżentament, mat-80% ta’ dawk li jidħlu l-Emerġenza, qed jarahom tabib f’inqas minn sagħtejn, jinqdew f’madwar erba’ sigħat, u jekk ikun hemm bżonn, jingħataw sodda biex iqattgħu l-lejl hemmhekk f’madwar 6 sigħat.
https://youtu.be/PA9dTYq3Qp8