Żewġ karozzi ħadu n-nar fi Triq il-Kostituzzjoni, l-Mosta iżda ħadd ma weġġa.
Jirriżulta li għal xi raġuni waħda mill-karozzi tat-tip Citroen C3 ħadet in-nar hi u miexja, bix-xufiera pronta ħarġet mill-karozza u karozza oħra biswit dik li kienet qed taqbad, Peugeout 108, ħadet in-nar ukoll.
Fuq il-post marru l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija.
Il-karozzi li kienu għaddejjin minn din iż-żona ma tħallewx jgħaddu hekk kif it-triq ingħalqet għat-traffiku.