Wara li ngħaddu l-voti tar-raba’ distrett, irriżulta li l-kandidati Andy Ellul u Stefan Buontempo kisbu l-istess ammont ta’ voti b’ammont totali ta’ 1,243.
Kien għalekk li l-Kummissjoni ordnat li jsir l-ewwel re-count ta’ tliet kandidati; Ettiene Grech, Stefan Buontempo u Andy Ellul.
Fir-recount instab li kien hemm żewġ voti li kienu fil-garżella tal-kandidat Andy Ellul iżda li sippost kienu fil-garżella ta’ Stefan Buontempo fil-waqt li nstab ukoll li kien hemm vot li sippost kien fil-garżella ta’ Andy Ellul iżda kien fil-garżella ta’ Ettiene Grech.
Minn hawn il-kandidat Andy Ellul talab li jsir it-tieni re-count fil-waqt li ntalab ukoll li jsir re-count tal-kandidat Joe Cilia.
Wara li sar it-tieni re-count Ellul reġa’ talab li jsir re-count ieħor fejn issa se jerġa’ jsir it-tielet re-count