Abdiaziz Hassan Ibrahim ta’ 34 sena u Abdi Ali Jama ta’ 36 sena, it-tnejn mis-Somalja, tressqu l-Qorti l-Ħadd waranofshinar wara li fis-1.30 ta’ filgħodu tal-istess ġurnata ġew arrestati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga f’Paceville.
Ibrahim ġie mixli bil-pusses u t-traffikar tal-kannabis u bil-pussess ta’ droga kokaina. Huwa wieġeb mhux ħati.
Jama ġie mixli b’assoċjazzjoni bi skop ta’ traffikar. Huwa ammetta għall-akkużi.
Il-prosekuzzjoni qalet li Jama qal lil pulizija pajżan biex jimxu warajh u Ibrahim tahom f’idejhom madwar 25 gramma ta’ kannabis u kokaina.
Jama ġie kkundanant 18-il xahar ħabs u €600 multa waqt li Ibrahim inżamm taħt arrest sakemm jerġa jinstema’ l-każ.
Huma t-tnejn ġew mixlijin quddiem il-Maġistrat Gianella Camilleri Busuttil filwaqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Nadia Ciappara mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġeneral u mill-Ispettur Darryl Farr.