Żewġ ħaddiema qed isofru minn ġrieħi gravi wara li sofrew ħruq fil-Biċċerija fil-Marsa.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 68 sena residenti ż-Żurrieq u raġel Grieg ta’ 52 sena residenti l-Pietá sofrew minn dan il-ħruq kawża ta’ steam.
Ir-raġel ta’ 68 sena, jinsab rikoverat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. D. Clarke LLD ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.