Żewġ irġiel ta’ 50 sena mix-Xewkija u ieħor ta’ 18-il sena mix-Xagħra Għawdex ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li allegatament li heddew tliet persuni u taw fastidju.
Fil-Qorti t’Għawdex intqal kif iż-żewġ irġiel ġewwa x-Xewkija Għawdex nhar it-Tlieta li għadda għall-ħabta tal-11 ta’ filgħaxija allegatament ġabu ruħhom b’mod li taw fastidju, ħolqu biża’ u heddu lil tliet persuni oħra, filwaqt li kisru l-ordni.
Filwaqt li r-raġel ta’ 50 sena ġie mixli li t-Tlieta filgħaxija ġewwa x-Xewkija saq karozza b’mod traskurat u perikoluż. Huwa ġie akkużat li t-Tlieta wkoll fir-Rabat Għawdex ikkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa lil persuna oħra.
Huma wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.