Żewġ irġiel weġġgħu gravi wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fil-Belt Valletta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u kwart ta’ filgħodu meta l-Pulizija ġew infurmati b’ħabta bejn numru ta’ vetturi fi Triq Papa Piju V, il-Belt Valletta.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-inċident seħħ bejn karozza tat-tip Opel Corsa misjuqa minn raġel ta’ 91 sena residenti San Ġwann u Honda Civic misjuqa minn mara Ingliża ta’ 66 sena residenti Ħal Lija.
Raġel ieħor ta’ 84 sena reisdenti Tas-Sliema li kien passiġġier fl-Opel Corsa sofra minn ġrieħi gravi wara li l-karozza ħabtet ma’ erba’ vetturi li kienu pparkjati.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa li ħadet l-irġiel lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.