Żewġ Inġliżi ta’ 58 u 45 sena weġgħu gravi wara li l-high-up li kienu fuqu nqaleb fil-Miżieb, fil-Miżieb, limiti tal-Mellieħa.
Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li l-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ dalgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma lill-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.