Il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista Cyrus Engerer ġie maħtur bħala Negozjatur għall-immigrazzjoni legali tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi.
B’reazzjoni għall-ħatra tiegħu bħala n-Negozjatur tal-Grupp tas-Soċjalisti dwar l-immigrazzjoni legali lejn l-Unjoni Ewropea, Engerer stqarr li l-Unjoni Ewropea għandha bżonn tindirizza b’mod konkret l-isfida ta’ nuqqas ta’ ħaddiema f’numru ta’ oqsma u tara kif tista’ tiġbed lejha nies ta’ talent li qed jintilfu milll-Ewropa biex imorru f’ekonomiji oħra madwar id-dinja.
Madankollu Engerger sostna li għandha tkun imrażżna l-problema tal-immigrazzjoni irregolari ta’ dawk li ma għandhomx dritt għall-ażil.
Intant, Engerer ingħata wkoll il-kariga ta’ wieħed miż-żewġ rappreżentanti tas-Soċjalisti għad-delegazzjoni Ewropea fil-Kumitat għall-Protezzjoni Ambjentali tal-Ibħra tal-Organizzazzjoni Marittima Dinjija, l-IMO