Fuq il-midja soċjali, il-kumpanija lokali Scan ħabbret li żewġ ħaddiema minn tagħha rriżultaw fil-pożittiv għall-virus Covid-19. F’dan il-messaġġ, il-kumpanija qalet li ż-żewġ ħaddiema ġew infettati bil-virus minkejja li ħadet il-prekawzjonijiet meħtieġa.
B’effett immedjat, il-kumpanija ħabbret li se tkun magħluqa għaż-żmien li ġej, filwaqt li l-ħaddiema tagħha se josservaw kwarantina ta’ ħmistax-il ġurnata.
Dan il-ħanut baqa’ miftuħ minħabba li l-ħwienet li jbiegħu oġġetti teknoloġiċi huma essenzjali.